|
Regoli tat-Texas Hold'em
Il-Basi
Fit-Texas Hold'em ikun hemm żewġ karti wiċċhom l'isfel għal kull ġukatur u ħamsa wiċċhom mikxuf bejn kulħadd. Min ikollu l-aħjar ħames karti mit-taħlita taż-żewġ karti flimkien mal ħamsa mikxufa jirbaħ il-logħoba.
Ftuħ tal-logħob
Fil-Hold'em il-lagħaba jiġu sfurzati li jilgħabu ċertu ammont ta' flus, msejħa blinds. Qabel jitqassmu l-karti, il-persuna fuq ix-xellug ta' min qed iqassam ipoġġi somma li tissejjaħ small blind, li ġeneralment tkun tammonta għal nofs is-somma minima. Il-persuna li jmiss fuq ix-xellug jagħmel il-big blind, li tkun tammonta eżatt daqs is-somma minima.
Il-Logħob
L-ewwel żewġ karti jiġu mqassma wicchom l'isfel (dawn jissemmew il-hole cards), u l-persuna fuq ix-xellug tal-big blind tibda tilgħab l-ewwel dawra tal-flus. (Nnota li l-big blind u l-ismall blind ma' jħarsux lejn il-karti tagħhom qabel jpoġġu l-flus, għalhekk jissejħu hekk). Fl-ewwel dawra tal-logħob, kull ġukatur għandu tliet għazliet: jgħajjat, jgħolli jew iċiedi. Biex jgħajjat, irid ipoġġi somma li tammonta daqs l-aħħar flus li ġew milgħuba. (għall-ewwel ġukatur fid-dawra, dan ikun daqs is-somma minima.) Il-ġukatur jista jagħzel li jgħolli s-somma milgħuba b'ammont akbar, li l-lagħaba l-oħrajn imbagħad iridu jgħajjtu. Jekk il-karti ta' xi ħadd m'humiex tajba, dan jista sempliċement jagħżel li jċiedi għal din is-dawra. Wara li l-lagħaba kolla jkunu spiċċaw l-ewwel dawra, l-ewwel tliet karti wiċċhom il-fuq jiġu mpoġġija f'nofs il-mejda. Din tissejjaħ il-flop. It-tieni dawra u dawk ta' wara jinbdew mill-ewwel persuna fuq ix-xellug ta' min qed iqassam, u l-lagħaba issa għandhom l-għażla li joqogħdu. Meta joqgħod, il-ġukatur juri l-interess li jrid jilgħab mingħajr ma jpoġġi iżjed flus. Kull wiehed jista jiddeciedi li jilgħab il-flus imma, u l-lagħaba l-ohra imbagħad jridu jgħajjtu l-logħob. Il-ġukaturi xorta jistgħu jgħollu l-logħob jekk kienu ġa ntlagħbu xi flus, jew iċiedu jekk il-karti mhux tajbin. Wara t-tieni dawra ta' logħob, ir-raba karta mikxufa titpoġġa f'nofs il-mejda (din tissejjaħ turn card). Fil-logħob fejn hemm limitu, is-somma minima tirdoppja fl-aħħar żewġ dawriet ta' logħob. Wara t-tielet dawra, il-ħames u l-aħħar karta titpoġġa fin-nofs (din tissejjaħ river card). Hawn tibda dawra finali ta' logħob, u wara kulħadd jikxef il-karti tiegħu. L-aqwa karti li jkunu magħmula mit-taħlita ta' hole cards u l-ħamsa f'nofs il-mejda jirbhu l-logħoba. Jekk żewġ lagħaba jew iżjed għandhom l-istess karti, titqies l-għola karta minn dawk li jkun fadlilhom (li tissejjaħ kicker) biex jiġi deċiż ir-rebbieħ. Jekk xorta ma jkunx hemm kicker (min qed jikkompeti jkun uża iż-żewġ hole cards, jew ikollhom l-istess valur), ir-rebħ jinqasam bejniethom. Il-buttuna li turi min se jmissu jqassam ddur fuq ix-xellug u tibda dawra oħra ta' logħob.
Tipi Differenti ta' Holdem
Hemm tliet tipi differenti ta' logħob Hold'em. F'dawk bil-limitu, il-flus li jintlagħbu fil-flus u meta tgħolli jkunu fissi. Limitu ta' logħoba tipika jista jkun ta' $10/$20 ($10 bħala minimu għall-ewwel żewġ dawriet, u $20 minimu fl-aħħar tnejn.) Il-big blind tkun daqs is-somma minima ($10) u l-ismall blind tkun daqs nofsha ($5). Kull dawra ta' logħob ikolla numru massimu kemm tista tgħolli, skond ir-regoli tal-logħoba. Fil-logħob Hold'em fuq l-internet, ġeneralment tista tgħolli sa erba darbiet kull dawra. Lagħaba ġodda jibdew f'logħob b'limitu baxx u jibdew tegħlin lejn limiti għola waqt li t-talent tagħhom ikun qed jitjieb.
Fil-Hold'em bla limitu, is-somma massima li tista tintlagħab tiddependi min numru ta' chips li jkollok quddiemek. Il-lagħaba jistgħu jpoġġu jew jgħollu b'kull ammont ta' flus, u f'kull waqt kull ġukatur jista jitfa kollox billi jpoġġi c-chips kolla f'nofs il-mejda. Biex jgħajtu, l-lagħaba l-ohra jridu jitfgħu c-chips tagħhom kolla f'nofs il-mejda wkoll, sa l-ammont li l-avversarju tagħhom ikun waddab. Din hija t-tip ta' Hold'em li tintlagħab f'livell professjonali, u fuq esibizzjonijiet tat-televisjoni bħal ma huma il-World Poker Tour u l-World Series of Poker.
Pot Limit Hold'em tixbaħ lil dik bla limitu, minbarra li s-somma massima li tista tintlagħab tiddependi minn numru ta' chips attwalment f'nofs il-mejda. Din tħalli l-lagħaba jesperjenzaw l-eċitament u l-istrateġija ta' Hold'em bla limitu mingħajr in-neċessita li jkollhom ħafna flus. Logħob tat-tip Pot Limit ġeneralment għandhom xiri ta' chips massimu (kemm tista tixri chips biex tibda) ħalli il-logħoba tinżamm kompetittiva.
|
L-izjed Artikli tal-Poker recenti [Aqra l-Artikli Kolla tal-Poker]:
Is there any casino or poker software available for playing on an iPhone? Many people contact us asking if we know of any iPhone or iPod Touch Online casino or Online Poker software that can be installed on these devices.... Article written by Lloyd B Hunt - Wednesday, May 14, 2008
Cake Poker stops working with ePassporte Players at Cake Poker found the ePassporte option no longer available to them and rumors began to circulate that they were leaving no longer going to service online gambling companies – at least those doing business in the United States.... By James Kitts - Wednesday, April 30, 2008
ePassporte stops working with Internet Poker rooms US Online poker players were dealt another blow this weekend when ePassporte stopped processing transactions with online poker sites.... By Lloyd B Hunt - Wednesday, April 30, 2008
Great Poker Stories Here are a couple of great poker historical events: A man named Kenny Smith was a poker player in the middle of the 20th century. He always wore a silk top hat and whenever he won a pot he would stand up waving his hat yelling “What a player”.... Article written by Randy G. - Friday, January 18, 2008
L-artikli tax-Xhur Recenti:
|
|
|
|
© 2005-2008 - online-poker-inside.com
|
|