|
Din il-varjazzjoni fuq Texas Hold'em qiegħda ferm tikseb popolarita internazzjonali bħala logħoba mimlija azzjoni li trebbaħ somom kbar. L-Omaha u t-Texas Hold'em jintlagħbu bl-istess mod, bl-eċċezzjoni li fl-Omaha, minflok żewġ karti wiċċhom l-isfel, kulhadd jibda b'erbgħa, u meta jinkixfu l-karti il-lagħaba jistu jużaw żewġ karti biss minn dawn l-erbgħa li jitħalltu ma' tliet karti biss minn nofs il-mejda biex jgħaqqdu l-aħjar ħamsa.
Jekk inti għadek tibda fil-poker, jew qatt ma lgħabt Texas Hold'em, hawn Ir-regoli kompluti:
Tip ta' Logħob - Fil-kamra tal-poker tagħna hemm tliet tipi differenti ta' Omaha, bl-unika differenza bejniethom tkun l-ammonti u limiti li jistgħu jintlagħbu f'kull dawra tal-logħob. F'logħoba b'limitu fiss, kemm is-somma li tintlagħab u kemm jekk tgħolli huma fissi għal kull dawra. Per eżempju, f'logħoba b'limitu ta' $5/$10, fl-ewwel żewġ dawriet il-limitu jkun ta' $5 biex tibda u biex tgħolli, mhux iżjed, mhux inqas. L-ahhar żewġ dawriet ikollhom ammont ta' $10 biex tibda u biex tgħolli.
F'logħoba b'Pot Limit, il-massimu li tista tilgħab/tgħolli ma tistax tkun izjed mill-ammont f'nofs il-mejda. Għalhekk, jekk f'nofs il-mejda jkun hemm $30, ma tistax tilgħab iżjed minn $30. Ħaġa waħda: Jekk qiegħed tgħolli fuq puntata ta' ħaddiehor, l-għajta tiegħek titqies li ġa tpoġġiet f'nofs il-mejda. għallura, per eżempju ejja ngħidu f'nofs il-mejda hemm $100. Is-sur X jiftaħ il-logħob b'$100. Is-somma massima li tista tilgħab issa hi ta' $300 ($100 tal-bidu + $100 tas-sur X + $100 li tkun għajjatt int)
It-tip ta' logħob finali hu dak ta' bla limitu. L-isem jgħid kollox; m'hemmx limitu massimu ta' kemm tista tilgħab flus. Tista tpoġġi kemm tixtieq waqt kull dawra tal-logħob, bis-somma minima tkun daqs l-ammont meħtieġ għall-big blind. Omaha bla limitu ttella somom kbar mhux hażin, fost ħafna azzjoni.
Issa li għażilt it-tip ta' logħoba, sar il-ħin li nitkellmu fuq 3 kunċetti oħra ta' kif tilgħab il-flus. Dawn jissejħu The Stakes, The Cap, u The Blinds.
The Stakes: L-istakes huma marbuta direttament mat-tip ta' logħoba li tkun għażilt. Għal logħoba b'limitu fiss, l-istakes jikkmandaw kemm tista tilgħab jew tgħolli f'kull dawra. Ejja nerġgħu nużaw l-eżempju ta' $5/$10 stakes. Fl-ewwel żewġ dawriet il-limitu jkun ta' $5 biex tibda u biex tgħolli, mhux iżjed, mhux inqas. L-ahhar żewġ dawriet ikollhom ammont ta' $10 biex tibda u biex tgħolli.
The Cap: F'logħoba stud ta' ħames karti, kull dawra ta' logħob tista tikkonsisti f'puntata waħda u tista tgħolli sa massimu ta' tliet darbiet, magħrufa bhala cap. Għalhekkm jekk tilgħab somma flus, dik is-somma tista togħla tliet darbiet, u wara il-lagħaba kolla jridu jgħajtu jew jgħollu. Pero, jekk jibqgħu tnejn minn nies biss il-cap titkabbar, sa mhux iżjed milli togħla ħames darbiet.
Kemm fil-pot limit kif ukoll f'logħob bla limitu, l-istakes juru l-ammont li tpoġġew ġol-blinds kif se naraw dalwaqt.
The Blinds: Il-blinds huma puntati ta' flus li jsiru bilfors minn żewġ lagħaba fil-bidu ta' kull logħoba, qabel jitqassmu l-karti. Il-ġukatur li jkun fuq ix-xellug ta' min qed iqassam ipoġġi small blind, li f'logħoba b'limitu fiss jkun nofs l-ismall stake, sa l-eqreb dollaru, u logħob fejn hemm pot limit jew bla limitu jkun daqs l-ismall stake. Il-ġukatur fuq ix-xellug tiegħu jpoġġi il-big blind, li logħoba b'limitu fiss jkun daqs l-ismall stake, u logħob fejn hemm pot limit jew bla limitu jkun daqs il-big stake
Tinstema kkumplikata? Fil-verita m'hijiex. Ejja nużaw il-$5/$10 għal darb' ohra. F'logħoba b'limitu fiss, l-ismall blind ipoġġi $2 (nofs ta' $5 sa l-eqreb dollaru). Il-big blind ipoġġi $5. F'logħoba pot limit/bla limitu ta' $5/$10, l-ismall blind ipoġġi $5, u il-big blind ipoġġi $10.
Fl-Omaha nużaw blinds bħala nċentiv biex il-lagħaba jiftħu l-logħob u s-somma f'nofs il-mejda tikber. Tista tikkonsidra l-blinds bħala obligazzjoni fejn l-ewwel tpoġġi l-flus imbgħad tgħolli; min irid ikompli jilgħab irid jgħajjat il-big blind. Il-blinds huma meqjusa bħala lagħaba attivi tal-flus, għalhekk meta l-logħoba ddur madwar il-mejda u terġa tigi għandhom, huma jkollhom l-għażla li joqogħdu, jgħajjtu, jgħollu jew iċiedu kif jidrilhom.
Xi noti oħra fuq blinds: Kull ġukatur għandu l-għażla li jibqa barra u jistenna sakemm il-big blind tilhqu. Imma jekk xi ħadd jibqa barra u ma jpoġġix il-big blind meta jmissu, hu jkun irid ipoġġi big blind jew small 'dead' blind jekk irid ikompli jerġa jilgħab. Din ir-regola ġet magħmula biex tilqgħa minn xi abbuż mill-lagħaba li jidhlu jilgħabu fuq mejda u mbagħad jitilqu qabel ikun imisshom ipoġġu l-blinds.
Ħaga oħra li ma tantx semmejna hija fuq min qed iqassam il-karti. Fil-poker il-lagħaba jkun imisshom iqassmu darba kull wieħed. Fuq il-mejda jkun hemm indikazzjoni ta' min se jqassam billi tintuża...
Il-Buttuna ta' min ser Iqassam: Il-buttuna hija simbolu li tirrapreżenta lil min imissu jqassam. Wara kull logħoba, l-buttuna ddur lejn ix-xellug għand il-ġukatur li jmiss. Il-ġukatur huwa kkunsidrat li jkun 'fuq il-buttuna', u huwa l-aħħar persuna li jipparteċipa fil-ftuħ tal-logħob. L-ewwel ġukatur fuq ix-xellug tal-buttuna jiġi mqassam l-ewwel karti, u huwa l-ewwel wieħed li jiftaħ il-logħob.
Il-Logħob:
Tajjeb, ejja nilgħabu ftit Omaha. Inti ħallast biex tilgħab fil-mejda, poġġejt bil-qiegħda u poġġejt il-big blind. X'jiġri issa?
Pre Flop:Il-Karti F'Idek: (Magħrufa bħala Hole Cards). Min iqassam jagħti 4 karti wiċċhom l'isfel lil lagħaba. Kull ġukatur jista jara il-hole cards tiegħu biss. Wara t-tqassim, il-ġukatur li jmiss wara l-big blind jiddeċiedi jekk jgħajjatx, jgħolli jew iċiedi il-big blind. Kulħadd jingħata dan l-għażliet sakemm jgħajjat kulħadd u l-big blind joqgħod. Tinsiex li f'logħoba bil-limitu, il-logħob jgħola skond il-limit l-baxx, u f'logħoba pot limit il-logħob ma' jista jogħla iżjed mill-flus li jkun hemm f'nofs il-mejda.
The Flop: Issa min qed iqassam ipoġġi tliet karti f'nofs il-mejda, li jissejħu 'the flop'. Il-logħob jitkompla mill-ġukatur fuq ix-xellug tiegħu. Għal logħob b'limiti fissi, il-flus jintlagħbu skond il-limitu l-baxx, li fl-eżempju tagħna ta' $5/$10, kulħadd jilgħab jew jgħolli sa $5. Ir-regoli ta' bla limitu u pot limit ma jinbidlux.
The Turn: (Magħrufa Wkoll Bħala Fourth Street). Ir-raba karta titpoġġa f'nofs il-mejda, u tibda dawra oħra ta' logħob. L-ammont li jintlagħab f'limitu fiss jikber għall-għola limitu. Il-logħob ikompli sakemm jgħajjat kulħadd.
The River: Hawn tintwera l-aħħar karta f'nofs il-mejda, u l-aħħar dawra ta' logħob jibda. Il-flus li jintlagħab f'limitu fiss jibqa daqs l-għola limitu.
Il-Kxif Tal-Karti: Il-flus kolla ġew mgħajjta, issa wasal il-ħin li jintwerew il-karti. L-aħħar ġukatur li lagħab il-flus jew għolla waqt l-aħħar dawra, jikxef il-karti tiegħu l-ewwel. Jekk il-lagħaba kolla qagħdu (ħadd ma lagħab il-flus) waqt ir-river, mela min qiegħed fuq ix-xellug ta' min qassam jikxef l-ewwel. Il-karti tal-lagħaba li jibqa jinkixfu wieħed wieħed dejjem mixjin lejn ix-xellug, sakemm ma jkunx hemm xi ħadd li għandu karti għar minn dawk li ġa ntwerew. F'dan il-każ, ikollok l-għażla lil turi jew iċċiedi mingħajr ma tikxef il-karti. L-id bl-aħjar ħames karti tirbaħ il-flus f'nofs il-mejda. Ftakar li biex tirbaħ fl-Omaha trid tagħżel 2 hole cards u 3 minn nofs tal-mejda. Għal lista sħiħa ta' karti rebbieħa, jekk jogħogbok ara l-paġna tal-Hand Rankings.
Xiri tal-mejda: Jekk waqt li qed tilgħab il-flus, il-lagħaba l-oħra jċiedu kolla, inti xtrajt il-mejda. Għandek l'għazla li turi jew ma turix il-karti tiegħek.
|
L-izjed Artikli tal-Poker recenti [Aqra l-Artikli Kolla tal-Poker]:
Cake Poker stops working with ePassporte Players at Cake Poker found the ePassporte option no longer available to them and rumors began to circulate that they were leaving no longer going to service online gambling companies – at least those doing business in the United States.... By James Kitts - Wednesday, April 30, 2008
ePassporte stops working with Internet Poker rooms US Online poker players were dealt another blow this weekend when ePassporte stopped processing transactions with online poker sites.... By Lloyd B Hunt - Wednesday, April 30, 2008
Great Poker Stories Here are a couple of great poker historical events: A man named Kenny Smith was a poker player in the middle of the 20th century. He always wore a silk top hat and whenever he won a pot he would stand up waving his hat yelling “What a player”.... Article written by Randy G. - Friday, January 18, 2008
Poker Psychology Most other games like chess, checkers, or backgammon, all you need to do is learn the best strategy and you will be a good player. Poker has strategy but to be truly one of the best, you also need to employ poker psychology.... Article written by Randy G. - Thursday, January 17, 2008
L-artikli tax-Xhur Recenti:
|
|
|
|
© 2005-2008 - online-poker-inside.com
|
|